Lokali

Aġġornata bil-Filmat : Keith Schembri ried ipoġġi aktar minn €530,000 fis-sena f’kont fil-Panama, il-PM jgħid li l-flus huma “min-negozju privat”

L-iskandlu Panama Papers jibqa’ jiddomina l-aħbarijiet. Illum, it-Times żvelat kif iċ-Chif of Staff f’Kastilja, Keith Schembri, fetaħ il-kumpanija sigrieta fil-Panama biex fiha jitfa’ man-nofs miljun ewro fis-sena. Keith Schembri stess iddikjara li kien qed jagħmel dawn il-flejjes minn servizzi ta’ konsulenza, lil diversi kumpaniji madwar id-dinja.

Dokumenti mill-Panama Papers kwotati fit-Times juru illi kull xahar, Schembri kien qed jippjana li jitfa’ 50,000 dollaru f’kont bankarju gewwa l-bank FPB tal-Panama, abbinat mal-kumpanija Tillgate Inc.

Dawn id-dettalji ingħataw minn Karl Cini ta’ Nexia BT f’Awwissu illi għadda.

Il-Prim Ministru fl-ewwel reazzjoni dwar dan l-aħħar żvilupp qal li l-flus huma “min-negozju privat tiegħu”.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, fuq twitter, il-Kap tal-PN Simon Busuttil staqsa kemm se jdum il-PM ikaxkar saqajh u ma jkeċċix liċ-Chief of Staff tiegħu.

twitter simon busuttil

Kummenti oħra waslu mill-eks deputat laburista Marlene Farrugia qalet illi dan kollu juri li tal-PL għandhom flus għall-Panama għax mal-ewwel kif telgħu ħasbu għall-kumpaniji.

Għandhom flus anke għall-Cafe’ Premier u għal Żekka – b’referenza għall-iskandlu ta’ Gaffarena. Marlene Farrugia qalet ukoll illi l-Gvern kellu saħansitra flus għall-għoqda quddiem Kastilja wkoll.

marlene farrugia post keith schembri

 

times schembri panama

Passaport