Lokali

Aġġornata bil-filmat : L-ewwel prova ta’ Ira Losco fi Stokkolma – teknoloġija li qed tintuża għall-ewwel darba fil-Eurovision

Ftit tal-minuti ilu Ira għamlet l-ewwel prova tagħha fuq il-palk fil-Globe Arena fi Stokkolma fl-Isvezja.

F’din il-prova spikka l-ispettaklu li se jkollha Malta matul it-3 minuti tal-kanzunetta dakinhar tas-semi-finali tal-Eurovision.

Fl-ispettaklu ta’ Ira qed tintuża l-aqwa teknologija u saħansitra teknoloġija ta’ 360 degrees projection, l-ewwel darba li qed tintuża din it-teknoloġija fil-Eurovision. Fuq il-libsa ta’ Ira se jiġu proġettati wkoll dwal li joħolqu effett isbaħ matul il-kanzunetta.

Aktar dettalji dwar dak li qed jiġri fi Stokħolna fuq is-sit netnews.com.mt u waqt il-programm ‘il-Eurovision’, kuljum fit7:45 fuq Net Television, preżentat minn Peter Carbonaro 

 

ira losco make up

Ritratti : facebook