Raġel sofra feriti ħfief wara inċident li seħħ fil-Power Station ta’ Delimara.
Minn informazzjoni li kiseb NETnews jirriżulta li l-inċident seħħ hekk kif, għal xi raġuni, magna li r-raġel kien qed jaħdem fuqha qabditlu siequ.
Wara li ngħata l-ewwel assistenza medika fil-post, ir-raġel ittieħed l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief.
//= $special ?>