Lokali

Aġġornata : Jason Micallef u Joe Grima b’attakki diretti kontra t-tmexxija Laburista

“Jum Il-Ħaddiem imtappan mill-egoiżmu sfrenatt ta’ min għandu kilba għall-poter u għall-flus” – l-eks Segretarju Ġenerali tal-PL Jason Micallef

Mal-ħafna persuni li bħalissa qed jikkritikaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li ħalla lil Konrad Mizzi u Keith Schembri f’Kastilja minkejja l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama, issa l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef kritika wkoll dak li qed jiġri u d-deċiżjonijiet ta’ Joseph Muscat.

jason micallef facebook

F’post fuq facebook Jason Micallef qal li “ħasra li l-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena jinsab imtappan mill-egoiżmu sfrenat ta’ min jinsab bla xaba fil-kilba bla qies għall-flus u l-poter li jwassluh f’sitwazzjoni egoċentrika tal-“untouchable” anke meta jkun taqqab il-vapur b’detriment għall-kaptan u l-passiġġieri ġenwini li jkun ilhom fuq il-vapur fil-bnazzi u l-maltemp”.

Jason Micallef, l-eks Segretarju Ġenerali kiteb dan b’referenza ċara għal Konrad Mizzi u Keith Schembri u d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jħalli lil dawn iż-żewġ persuni tant qrib tiegħu f’Kastilja, minkejja l-ħsara li qed issir lil Malta.

Aktar tard Joe Grima, eks Ministru Laburista ngħaqad ma’ Jason Micallef u fuq facebook kien ċar in-nuqqas ta’ qbil mar-resuffle farsa li għamel Joseph Muscat u minkejja l-iskandlu tal-Panama ħalla lil Konrad Mizzi Ministru u lil Keith Schembri Chief of Staff.

Joe Grima qal li Jason Micallef, b’referenza għal kumment fuq facebook, hu urtat daqs kull Laburist ieħor b’dak li ġara. Joe Grima sostna li l-ħtija  mhux ta’ min fetaħ il-kumpaniji sigrieti fil-Panama, iżda wkoll ta’ min sab is-soluzzjoni ta’ reshuffle farsa, b’referenza għall-Prim Ministru Joseph Muscat u li sostna “mhux tiġi aċċettata min-nies”.

L-eks Ministru Laburista sostna li dak li għamel Konrad Mizzi, li ħareġ jgħid li “Ministru kont u Ministru bqajt”, mhi xejn ħlief sfida kiesħa lil Laburisti li minnu stennew komportament aktar diċenti.

Joe Grima sostna li l-iskandlu tal-kumpaniji sigriet fil-Panama mhux ċirkostanzi normali f’Malta, u żied jgġid, “anzi!”.

joe grima facebook