Lokali

Aġġornata: Mhux approvata l-applikazzjoni għall-bini f’Wied Għomor

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irrifjuta applikazzjoni għall-bini ta’ dar tal-anzjani f’barriera f’Wied Għomor, limiti ta’ San Ġwann.

L-applikazzjoni sabet l-oppożizzjoni qawwija min-numru ta’ residenti, il-Kunsilli Lokali ta’ San Ġwann u tas-Swieqi rappreżentati mis-Sindku Etienne Bonello Du Puis u Noel Muscat, għaqdiet ambjentali u tad-deputati Nazzjonalisti Marthese Portelli u Kristy debono. Dan minbarra petizzjoni ta’ 4,500 perusna li opponew il-proġett. Fl-aħħar ġimgħat l-Oppożizzjoni għamlet pressjoni qawwija fil-parlament dwar dan il-każ fejn kienet elenkata l-importanza li Wied Għomor ikun salvat minn dan il-proġett.

L-applikazzjoni kienet taħseb għall-bini ta’ dar tal-anzjani fil-barrieri, li bħalissa qed tintuża. Il-pjani tal-iżviluppatur kienu li l-barriera tkun ribalitata, il-bini fil-barriera m jkunx jidher u jkunu jidhru biss żewġ sulari ‘l fuq.

L-oġġezzjonijiet tar-residenti kienu bbati l-aktar fuq il-fatt li Wied Għomor hu l-uniku pulmun ambjentali fiż-żona, li l-anjzani ma jistħoqqilhomx jirtiraw ġo bini f’barriera u li l-bini jinkludi wkoll partijiet minn art publbika li l-iżviluppatur inkludiehom fil-proġett.

Ir-residenti u d-deputati Nazzjonalisti Marthese Portelli u Kristy Debono qalu li dan mhux il-mod kif għandha ktun riabilitata barriera għaliex il-wied hu wkoll partimill-identità ta’ San Ġwann.

Filwaqt li Kristy Debono trattat il-biża’ li jekk il-proġett ikun approvat allura dan jista jagħti lok għal iktar żvilupp, Marthese Portelli sostniet li dan il-proġett imur kontra l-prinċipji tal-ISPED.

Ir-residenti appellaw biex isiru studji tal-arja u beix il-barriera tkun riabilitata b’mod naturali u mhux bi proġetti ta’ bini.

Ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord dtal-MEPA Ryan Callus tratta diversi aspetti tal-applikazjozni fuq kollox il-mod kif dan il-proġett qed ikun propost kollu kemm hu f’żona ODZ.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar Vincent Cassar kien kritiku għal diversi aspetti tal-proġett u sostna li d-disinn mhux integrat mal-ambjent tal-madwar waqt li l-iżviluppatur integra art pubblika fil-pjani. Il-Perit Cassar qal li l-pjani ma jirrispetatwx l-ISPED u jekk fil-apssat saru balji ta’ bini f’Wied Għomor dwn m’għandhomx ikunu ripetuti llum.

Ir-raġuni tirbaħ

F’ stqarrija l-Partit Nazzjonalista sostna li jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li b’mod unanimu għażel li jsalva Wied Għomor minn żvilupp fl-interess tar-residenti tas-Swieqi, San Ġwann, il-Għargħur u San Ġiljan.

Il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar xhur jitkellem f’isem ir-residenti ta’ dawn l-erba’ lokalitajiet u nsista li dan il-Wied jiġi ssalvagwardjat.

Issa li l-Awtorità rrifjutat li dan il-proġett isir, il-Partit Nazzjonalista jiproponi li l-Gvern jesprorja din l-art biex tiġi rijabilitatà u tkun tista’ titgawda mir-residenti tas-Swieqi, San Ġwann, il-Għargħur u San Ġiljan, bħala spazju miftuħ fil-forma ta’ park naturali.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-Kunsill Lokali tas-Swieqi, San Ġwann u San Ġiljan li ħadmu bla heda favur ir-residenti ta’ dawn it-tliet lokalitajiet sabiex jiġi salvat Wied Għomor.

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono mhedda mill-iżviluppatur

“L-ebda għajjat u theddid fil-konfront tiegħi mhu se jwaqqaffni milli naqdi dmiri lejn l-interess tar-residenti u l-ambjent tagħna.” Dan saħqitu d-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono f’post fuq Facebook wara li kienet mhedda mill-iżviluppatur li ried jibni f’Wied Għomor wara li l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irrifjuta applikazzjoni għall-bini ta’ dar tal-anzjani.

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono kompliet li tinsab kburija li tkelmet biex tiddefendi Wied Għomor u l-interessi tar-residenti ta’ San Gwann, Swieqi, Ibrag, Victoria Gardens u Madliena.

kristy debono facebook