Lokali

Aġġornata: Paul Bailey joħroġ mill-Isptar, se jiġi interrogat

Is-sewwieq tal-Porsche li kienet involuta fl-inċident ikrah waqt Paqpaqli ħareġ mill-Isptar Mater Dei kmieni dalgħodu.

Fl-inċident li seħħ fl-ajruport indarbu b’kollox 28 persuna, fosthom Bailey. Bħalissa għad hemm 8 persuni rikoverati l-Mater Dei. Fost dawn hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

Il-Brittanniku Paul Bailey huwa l-ewwel sewwieq fid-dinja li hu meqjus bħala sid tat-Trinita’ tal-Karozzi Hypercars. Minbarra l-Porsche 918, Bailey huwa propjetarju tal-McLaren P1 u LaFerrari.

Il-Porsche tiswa’ aktar minn miljun ewro.

Sorsi li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li issa Bailey se jiġi interrotgat dwar dak li ġara l-Ħadd li għadda.

Diversi persuni li kienu fil-post dakinhar tal-inċident qalulna illi fl-opinjoni tagħhom il-karozza skidjat minħabba l-mod kif tpoġġiet chicane fuq ir-runway.

L-inkjesta ta’ Scerri Herrera għadha għaddejja. Illum il-ġurnal Times of Malta irrapporta li l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għadha ma ssejħitx biex tagħti x-xiehda tagħha. L-Uffiċċju tal-President huwa l-organizzatur tal-attivita’ annwali Paqpaqli għall-Istrina.