Lokali

Aġġornata : Raġel ta’ 42 sena ferut gravi wara argument fil-Ħamrun

Raġel taż 42 sena mill-Ħamrun sofra ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina fil-Ħamrun.

Jirriżulta li għall-ħabta tas-2:00p.m., f’kantina ta’ residenza fi Triq Dun Frans Camilleri, għal xi raġuni seħħ argument bejn ġirien, bil-konsegwenza li wieġed minnhom allegatament ta daqqiet ta’ sikkina lill-ieħor.

Fuq il-post isseħjet ambulanza li ħadet lir-raġel ferut l-isptar għall-kura, u aktar kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.

L-allegat agressur ta’ 36 sena mill-Ħamrun, ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija.