Internazzjonali

AĠĠORNATA: Saċerdot b’għonqu mħanxar waqt li kien qed iqaddes; l-ISIS jieħdu r-responsabbilta’

Il-poplu Franċiż jinsab ixxukkjat bil-qtil ta’ Saċerdot minn żewġ persuni armati, li dalgħodu daħlu fi Knisja fil-limiti ta’ Rouen u ħatfu numru ta’ ostaġġi, fosthom l-istess Saċerdot, żewġ Sorijiet u xi persuni oħra.

Id-drama seħħet waqt il-ħin tal-quddiesa, b’rapporti qed jgħidu li l-aggressuri spiċċaw ħanxru għonq is-saċerdot ftit qabel ma nqatlu mill-Pulizija li marru fil-post. Iż-żona madwar il-Knisja ingħalqet għall-pubbliku.

Is-saċerdot li nqatel hu Rev. Jacques Hamel, li għandu 86 sena (ritratt). Fl-aħħar mintui, l-ISIS ħadu responsabbilta’ ta’ dan l-attakk.

franza ostaggi knisja

L-Arċisqof Charles Scicluna esprima s-sogħba tiegħu għal din l-aħbar traġika.

ARCISQOF TWEET

Franza ilha x-xhur iġġarrab azzjonijiet terroristiċi u, filwaqt li l-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-attakk tal-lum, osservaturi mhux jeskludu s-sehem tal-Istat Iżlamiku.

Dan meta t-terroristi tal-ISIS huma implikati f’diversi attakki li saru fi bliet Franċiżi, fosthom fl-attakk li matulu aggressur saq trakk għal fuq folla ta’ nies f’Nizza, f’azzjoni li ħalliet għexieren ta’ vittmi sakemm l-aggressur spiċċa maqtul mill-Pulizija.

normandy-church-2