Internazzjonali

AĠĠORNATA: 36 mejta u aktar minn 140 persuna feruta fi splużjonijiet fl-ajruport ta’ Istanbul

Mix-xena internazzjonali, It-Tlieta filgħaxija seħħew numru ta’ splużjonijiet fl-ajruport internazzjonali ta’ Ataturk f’Istanbul fit-Turkija. Fl-attakk saru wkoll numru ta’ sparaturi fuq in-nies.

Jirriżulta li dan kien attakk suwiċida imwettaq minn tliet militanti, u li fih qed jingħad illi tilfu ħajjithom mill-inqas 36 persuna.

Sezzjonijiet tal-media qed jgħidu illi hemm diversi nies feruti; mal-140 midruba b’mod gravi. Xhieda ta’ nies fuq l-post, raw ukoll diversi taxis jittrasportaw lill-midruba lejn l-isptarijiet għall-kura.

Il-Prim Ministru Tork qal, li l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-ISIS kien wara dan l-attakk suwiċida.