Lokali

Aġġornata: Theddida ta’ bomba viċin il-baħar f’Paceville tirriżulta fin-negattiv

Tfittxija viċin il-baħar f’Paceville fortunatament irriżultat fin-negattiv wara rapport ta’ theddida ta’ bomba. Fil-post waslu membri mill-Explosive Ordnance Disposal (EOD), li kif sabu l-oġġett suspettuż, ġie stabbilit li ma kienet bomba xejn.

Ir-rapport wassal biex numru ta’ toroq li jagħtu għal Paceville ingħalqu għal xi ħin għat-traffiku sakemm. Sorsi mill-Pulizija kkonfermaw ma’ NETnews.com.mt li rċievew ir-rapport u li saret it-tfittxija.

Filwaqt li spjegaw li ntużat il-proċedura ta’ prekawzjoni bħalma tintuża’ dejjem, fakkru li bħalissa f’Malta hawn numru ta’ persuni li jifformaw parti mid-delegazzjonijiet preżenti f’pajjiżna għal-laqgħat taċ-CHOGM.