Lokali

Aġġornata : Tinstab id-dgħajsa li nsterqet mix-Xemxija

Id-Dgħajsa ta’ 21 pied tat-tip Bayliner Capri li  nsterqet miż-żona qrib il-Beachaven, fix-Xemxija, fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, instabet ftit tal-ħin fil-baħar fiż-żona tal-Exiles f’Tas-Sliema. Id-dgħajsa hi rreġistrata f’Malta, bl-isem ta’ Zephyr.

Sidien id-dgħajsa, li aktar kmieni appellaw għall-għajnuna tal-membri tal-pubbliku biex jirrappurtaw jekk jaraw din l-opra tal-baħar, filfatt kienu infurmati li dgħajsa simili kienet f’Tas-Sliema, għaldaqstant is-sidien marru fuq il-post u kkonfermaw li d-dgħajsa kienet filfatt tagħhom. Huma rringrazzjaw il-pubbliku għall-għajnuna.

14370140_10154611944741318_3023682300038712770_n

14484660_10154611944716318_6702214106174516756_n