Lokali

AĠĠORNATA BIL-FILMATI : Omm tinstab maqtula f’residenza f’San Ġiljan

Caroline Magri, omm ta’ 41 sena, għall-ħabta tal-ħamsa tal-lejla instabet maqtula f’residenza fi Triq George P. Badger f’San Giljan. Skont stqarrija mill-pulizija l-katavru nstab fuq is-sodda u b’daqqiet ta’ arma li taqta’ bil-ponta u kollox jindika li dan kien omiċidju.

Persuni li kienu fuq il-post ftit wara li sar ir-rapport li nstab katavru, qalulna li viċin l-appartament dehret bint il-vittma li bdiet tgħajjat u tibki li qatlulha l-ommha. Jidher li l-vittma kienet magħrufa sew mal-Pulizija.

Fuq il-post waslu Pulizija mit-taqsima tal-omiċidji u nfetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.

Intant jirrizulta li l-vittma Caroline Magri, madwar sena ilu kienet sfat aggredita minn Djbril Ganiou ta’ 34 sena mit-Togo. L-akkużi li Ganiou kien tressaq il-Qorti dwarhom kienu li hedded, għajjar u kkaġuna ġrieħi ħfief lill-istess Magri.

Fuq l-ewwel żewġ akkużi, il-vittma Caroline Magri kienet ħafret lil akkużat. Fuq it-tielet akkuża Ganiou wieġeb li mhux ħati u għalhekk ingħata l-liberta’ provizorja fuq depożitu u garanzija personali.

Bħalissa fuq il-post il-pulizija qed jitkellmu ma’ numru ta’ nies Afrikani fost oħrajn biex jgħinuha fl-istħarriġ tal-każ.

L-Omm li nstabet maqtula tinħareġ mill-appartament fost l-emozzjoni tal-qraba.

murder 2

murder sam giljan 3