Internazzjonali

Aġġornata: It-Turkija twaqqa’ ajruplan militari Russu

Aġġornat

It-Turkija waqqgħat ajruplan militari Russu qrib il-fruntiera mas-Sirja. Ir-Russja kkonfermat li l-‘fighter jet’ hu tagħha.

It-Turkija waqqgħat l-ajruplan wara li wissiet li l-ajruplan kien qed jikser ir-regoli tal-ispazju tal-ajru Tork, xi ħaġa li kienet miċħuda mir-Russja. Madanakollu, skont il-militar tat-Turkija, saru minn tal-inqas 10 twissijiet qabel ma twaqqa’ l-ajruplan.

Sadanittant, il-media Torka ppubblikat filmat (fuq) tal-ajruplan militari jaqa’ fost il-muntanji mal-fruntiera Sirjana.