Lokali Qorti

Akkużat bi vjolenza domestika wara li tilfitlu mal-85 par kalzetti

Raġel imwieled fis-Sirja tressaq quddiem il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika fuq is-sieħba Maltija wara li tilfitlu mal-85 par kalzetti.
Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti sabiex tipproteġi l-identita’ ta’ uliedhom, tressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli u ammetta li kkawża biża’ fuq is-sieħba u fuq l-ulied li se tintuża’ vjolenza fuqhom.
L-akkużat ammetta wkoll li ħebb għas-sieħba tiegħu iżda saħaq li qatt ma weġġa’ lil uliedu li għandhom 10 u 11-il sena.
Hu ngħata ordni ta’ probation għal sena u ordnat ma jersaqx lejn is-sieħba tiegħu, fuq garanzija personali ta’ €1,000.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Joseph Busuttil filwaqt li l-Avukat Jonathan Spiteri deher għall-akkużat.