Lokali

Żewġ Taljani akkużati bil-hold-up tal-Ġimgħa

Żewġt irġiel Taljani inżammu taħt kustodja mill-Pulizija wara li ġew akkużati li għamlu hold-up f’ħanut u darbu s-sid tal-ħanut fir-Rabat.

Il-hold-up seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar f’ħanut taż-żraben fi Triq il-Kulleġġ.

L-akkużati minn Catania huma Domiano Rannisi ta’ 37 sena, u Alessandro Gandolfo ta’ 35 sena. It-tnejn qalu li m’humiex ħatja.

Il-Pulizja rrapurtat li żewġ rġiel daħlu fil-ħanut b’sikkina u serqu b’€2,000.

Wieħed mill-akkużati jinsab bla xogħol filwaqt li l-ieħor huwa sid ta’ 3 t’iħwienet.