Lokali

Aktar minn €9,000 miġbura f’kollegament ta’ 5 minuti waqt il-programm Newsfeed

Il-Ħamis waqt kollegament li sar fit-8pm waqt il-programm Newsfeed li jixxandar kuljum fuq Net Television inġabdru aktar minn €9,000 b’risq il-missjoni.

Dan sar waqt li l-missjunarju Dun Ġorġ Grima kien qed jitkellem bi skype dwar il-bżonn għad-donazzjonijiet tal-pubbliku. Kien hawn li n-nies mill-ewwel wieġbu għall-appell ta’ Dun Ġorġ u bdew iċemplu jiex jagħtu d-donazzonijiet.

L-appell kien minħabba bżonn kbir ta’ ħalib minħabba li t-tfal kienu qed jimirdu u għaldaqstant issa bid-donazzjonijiet tal-Maltin waqt Newsfeed se jkunu jistagħu jinxtraw dawn il-bottijiet tal-ħalib.

Għaldaqstant illejla fil-programm Newsfeed ser jerġa’ jitkellem Dun Ġorġ Grima biex jirringrazzja l-pubbliku tal-għajnuna.

Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 51502003 għal donazzjoni ta’ €5 jew sms fuq 50618083 għal donazzjoni ta’ €4.66.

Jew inkella fl-indirizz, Uffiċċju Missjunarju, il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt, jew fuq is-sit www.maltamission.com

dun gorg grima