Lokali

Aktar minn siegħa fit-traffiku!

Diversi sewwieqa li għamlu kuntatt ma’ dan is-sit esprimew il-frustrazzjoni tagħhom għall-fatt illi dalgħodu għamlu siegħa, u f’xi każi anke siegħa u nofs fit-traffiku.

NETnews.com.mt irċieva ritratti minn diversi inħawi ta’ Malta fejn it-traffiku kien imwaħħal. Is-sriebet twal ta’ karozzi bdew minn kmieni filgħodu meta kienet għadha lanqas biss telgħet ix-xemx.

Ħafna qed jaħsbulu kmieni, iżda xorta qed jispiċċaw jinqabdu fil-ġenn tal-karozzi li qed jikkaraterizza t-toroq Maltin f’dawn il-ġranet.

IMG_8164