Lokali

AKTAR SERQ TA’ PJANTI: It-tielet każ fi tliet ijiem

Dan ir-ritratt juri każ ieħor ta’ pjanta li ġiet misruqa minn post pubbliku din il-ġimgħa – it-tielet każ li irrappurtajna fl-aħħar tliet ijiem. Fuq Facebook, min tefa’ dan ir-ritratt qal illi l-ħalliel seta’ faċilment mar fuq il-monti u xtara pjanta bi 3 ewro.

Din is-serqa seħħet minn quddiem stabbiliment fil-Valletta Waterfront.

Ilbieraħ dan is-sit ippubblika ritratti ta’ każ differenti illi juri serq ta’ aktar pjanti minn quddiem dar residenzjali fil-Ħamrun.

Il-jum ta’ qabel irrapurtajna kif żewġ persuni, akkumpanjanti minn tifla, il-Ħadd dehru jisirqu pjanti tal-kaktus barra blokk appartamenti fil-Birgu. Il-kaktus jiswew €2 ‘l waħda.

Jisraq 2

jisirqu cactus