Internazzjonali Lokali

Aktar theżżiżiet fiċ-ċentru tal-Italja: In-numru ta’ mejta jitla’ għl 267

Fiċ-ċentru tal-Italja, fl-inħawi milquta mit-terremot, komplew aktar theżżiżiet li wasslu biex kompla jiġġarraf aktar bini u s-sitwazzjoni fl-inħawi kompliet tikkumplika ruħha. Dalgħodu saħansitra għall-ħabta tas-sitta u nofs kien hemm theżżiża ta’ 4.8 fuq l-iskala Richter. Dan hekk kif kien ikkonfermat li n-numru ta’ mejta issa tela’ għal 267.

Terremot 2

Il-crew ta’ NET News dalgħodu saħansitra tneħħa minn triq li fiha kien qed jaħdem għaliex qamet il-biża li t-triq setgħet tikkrolla. Il-ġurnalist Robert Cremona u l-cameraman Roberto Runza spjegawlna li kmieni dalgħodu inħasdu mhux darba minn theżżiż li kien pjuttost qawwi.

Terremot 3

Aktar dettalji u ritratti kif jaslulna.