Internazzjonali

Aktar vjolenza fl-Istati Uniti: Jinqatel pulizija f’San Diego

Pulizija tilef ħajtu waqt sparatura fil-belt ta’ San Diego filwaqt li pulizija kollega jinsab l-isptar wara li spiċċa midrub fl-istess inċident.

L-uffiċjali tal-pulizija kienu membri ta’ taqsima magħrufa bħala gang suppression unit u li tikkontrolla lill-gruppi tad-delinkwenti. L-isparatura seħħet meta ż-żewġ pulizija kienu fl-inħawi ta’ traffic stop u fejn xi persuni armati mhumiex magħrufa fetħu n-nar fuqhom.

Il-pulizija li spiċċa midrub mhux f’periklu li jitlef ħajtu, bl-awtoritajiet qed jibdew sensiela ta’ investigazzjonijiet relatati mal-inċident.

L-isparatura f’San Diego segwiet attakki oħra, dan ix-xahar, fuq il-pulizija fl-ibliet Amerikani ta’ Dallas u Baton Rouge.