Internazzjonali

Aktarx kien evitat attakk kbir fi Brussell

epa05039903 Soldiers patrol in Gallerie de la Reine following the terror alert level being raised to 4/4, in Brussels, Belgium, 24 November 2015. Belgium maintained the alert status at maximum because of a 'serious and imminent' threat of an attack. The Metro line remains closed and all Belgian school are closed. The Belgian government said it had concrete evidence of a planned terrorist attack that would have employed weapons and explosives. EPA/OLIVIER HOSLET

Jan Jambon, il-Ministru tal-Intern Belġjan, qal li l-mewġa ta’ rejds li kien hemm nhar il-Ħadd fl-inħawi tal-belt kapitali Brussell saret wara indikazzjoni li kien imminenti attakk kbir.
Jambon kien qed jirreaġixxi għal rapporti fil-midja Belġjana li qalu li militanti Iżlamiċi kienu qed jippjanaw attakk fil-belt kapitali Belġjana, simili għal dak li sar f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru.
Jambon qal li wieħed ma jaqbadx u jimponi livell ta’ allert ta’ dak il-livell jekk ma jkunx hemm theddida serja u imminenti.
Nhar il-Ħadd, il-Pulizija Belġjana arrestat 16-il persuna imma kollha nħelsu ħlief wieħed, filwaqt li ma nstabux splussivi jew armi.
Fl-istess ħin, il-Gvern ordna lis-servizzi tal-emerġenza biex jassiguraw li fosthom m’hemmx estremisti vjolenti b’attenzjoni partikulari għas-servizz tal-ambulanza. Maggie De Block, il-Ministru tas-Saħħa Belġjana, qalet li jrid ikun assigurat li kulħadd ikollu karta ta’ identità tal-post tax-xogħol.
Sadattant, fi Brussell, l-iskejjel reġgħu fetħu u s-servizzi tat-trasport qed jerġgħu lura għan-normal fost miżuri kbar ta’ sigurtà.