Lokali

“Alla għandu anġlu fis-sema” – ħbieb ta’ Matthew

Għexieren jiddeskrivu lil Matthew Demicoli bħala bniedem “b’qalb tajba” u “b’karattru ferrieħi”

Wara l-aħbar xokkanti li Matthew Demicoli miet ħabta u sabta dalgħodu, għexieren esprimew sogħba għal din l-aħbar. Fuq Facebook, ħbieb ta’ Matthew esprimew xokk għall-aħbar li ħasdithom bħal sajjetta fil-bnazzi.

Wieħed mill-ħbieb ta’ Matthew kiteb, “Sakemm nerġgħu niltaqgħu, Alla għandu miegħu anġlu fis-sema”.

Ħbieb oħra rrakkuntaw kif iltaqgħu ma’ Matthew, b’persuna partikolari tgħid “inħares lura lejn il-memorji tagħna, ma nistax ma nitbissimx għal dak kollu li għaddejna minnu.”

Oħrajn iddeskrivew lil Matthew bħala persuna li dejjem kien jirnexxielu jnissel tbissima fuq l-uċuħ ta’ dawk ta’ madwaru. Ma naqsux kummenti ta’ kondoljanzi, partikolarment fil-gruppi tal-istudenti tal-Higher Secondary.

Kummenti matthew 7

Kummenti matthew 2

kummenti matthew 1