Internazzjonali

Allert f’barracks tal-Armata Ingliża

Forzi tas-sigurta marru minnufih fl-inħawi ta’ bażi tal-Armata, f’Wiltshire, wara rapporti li ntlemħu ‘tliet irġiel b’azzarin’ f’dik iz-zona.
Il-Pulizija, li kienu anki appoġġjati b’ħelikopter, irreaġixxew għal dan ‘l-inċident suspettuż’ fl-inħawi tal-barracks ta’ Bulford Camp, f’Salisbury Plain, waqt li saret tfittxija fil-madwar. Din it-tfittxija, intant, ma indikat l-ebda suspettati, għalkemm is-Sindku ta’ Tidworth, Chris Franklin, qal li, fid-dawl tal-allert, ‘se jkun hemm preżenza akbar ta’ militar’ fid-daħla għall-kamp.
Fis-sigħat preċedenti ġġeneraw tensjoni għolja wara li nhar l-Erbgħa kien sar attentat biex jinħataf membru tas-servizzi tal-qawwiet tal-ajru Britanniċi f’RAF Markham, fl-inħawi ta’ Norfolk.