Ekonomija Lokali Parlament

“Ankè jekk int Malti u tmur weekend break trid tħallas it-taxxa kull lejl” – Joseph Muscat

Anke’ jekk persuna Maltija tmur tqatta’ lejl f’lukanda lokali għal weekend break ta’ mistrieħ, hi wkoll trid tħallas taxxa ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl.

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat stess li kkonferma li din it-taxxa ġdida mħabbra mill-Ministru Edward Scicluna waqt il-baġit, se tkun qed taffettwa mhux biss lit-turisti imma wkoll lill-Maltin.

Mistoqsi mill-ġurnalisti fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet li għamel, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “kull min iqatta’ mill-inqas lejl irid iħallas din it-taxxa, irrispettivament min-nazzjonalità.”

Din it-taxxa se taffettwa lil kull persuna mit-18-il sena ‘il fuq u se tkun qed tiddaħħal f’pajjiżna għall-ewwel darba fl-istorja.