Il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech dalgħodu ppreżentat Libell kontra l-Mexxej Laburista Joseph Muscat u l-president tal-Partit Laburista Daniel Micallef, fil-karigi rispettivi tagħhom, wara stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista li fiha ngħad li hi xi darba ffurmat xi kumpanija fil-Panama.
L-istqarrija tal-Partit Laburista wieġbet konferenza tal-aħbarijiet li Fenech indirizzat ilbieraħ dwar l-aħħar żviluppi fl-iskandlu relatat mal-ftuħ ta’ kumpaniji sigrieti mill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u minn Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.
Fir-Rikors tagħha, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista qalet li d-dikjarazzjoni tal-Partit Laburista hi libelluża fil-konfront tagħha għax tinkludi allegazzjonijiet foloz bl-iskop li jtellfu jew inaqqsu r-reputazzjoni tagħha.
Fis-sigħat li għaddew, Ann Fenech ċaħdet kategorikament dak li ngħad fl-istqarrija tal-Partit Laburista, filwaqt li appellat lill-Partit Laburista biex jieqaf jigdeb u jibda jirreaġixxi għall-kriżi ta’ korruzzjoni li poġġa fiha lill-pajjiż.
//= $special ?>