Lokali

Anzjan iweġġa’ f’ħabta head-on bejn żewġ vannijiet fit-telgħa tax-Xemxija

Anzjan weġġa’ wara li, għall-ħabta ta’ 12.05pm, kien involut f’ħabta head-on bejn żewġ vannijiet fit-telgħa tax-Xemxija.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan fil-post qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-anzjan, li kien qed isuq wieħed mill-vannijiet involuti, għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Aktar dettalji kif jaslulna …