Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li jaqa’ minn gallarija

Raġel ta’ 65 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li waqa’ mill-gallarija tar-residenza tiegħu. Fortunatament ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Hu waqa’ mill-gallarija u spiċċa fuq vettura li kien hemm taħt il-gallarija.

L-inċident seħħ ftit qabel if-9.30 tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Qroll, iż-Żurrieq.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei fejn hemmek ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-distrett taż-Żurrieq għadhom għaddejjin.