Lokali

Anzjana ssofri feriti gravi wara li ntlaqtet minn karozza li kienet qed tiddaħħal f’garaxx

Anzjana ta’ 72 sena mill-Ħamrun sofriet feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqtet minn karozza fi Triq il-Vittorja fil-Ħamrun stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am meta anzjan ta’ 69, ukoll mill-Ħamrun, kien qed idaħħal il-karozza tiegħu b’lura fil-garaxx. Kien f’dan il-mument li l-karozza, tat-tip Toyota Belta, laqtet lill-anzjana.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjana. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.