Lokali

Anzjana tgħid li ssawtet minn żewġ persuni f’darha

Anzjana ta’ 77 sena allegat li żewġ persuni, aktarx barranin, daħlu fuqha f’darha u rabutha biex jisirquha. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 fis-Swieqi.

L-anzjana infurmat lil ġirien b’dak li ġralha wara li rnexxielha tinħall u mmedjatament għamlet kuntatt mal-Pulizija.

Ikkuntattjati minn netnews.com.mt il-pulizija kkonfermaw li l-anzjana allegat li daħlu żewġt’irġiel f’darha u rabtuha, iżda l-pulizija kkonfermat li fid-dar ma nstabu l-ebda oġġetti neqsin.

L-anzjana sofriet minn xokk qawwi, iżda ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.