Lokali

Appell għall-għajnuna: Mike Mansholt ilu ġimgħa nieqes

Il-qraba ta’ żagħżugħ Ġermaniż ta’ 17-il sena bl-isem ta’ Mike Mansholt qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku f’Malta wara li għall-aħħar ġimgħa naqas milli jagħmel kuntatt mal-familja tiegħu.

Jidher li ż-żagħżugħ ġie f’pajjiżna għal btala, mingħajr ma kien akkumpanjat minn persuni oħra, u kien qed joqgħod f’lukanda f’Tas-Sliema. Iżda lbieraħ, meta suppost kellu jaqbad titjira lura lejn pajjiżu, naqas milli jagħmel dan.

Wara kuntatt li sar mill-familja, fil-kamra tal-lukanda nstabu l-affarijiet personali tiegħu, inkluż il-passaport. Jidher li l-aħħar kuntatt li sar miegħu kien fit-18 ta’ Lulju, u minn dakinhar la rritorna lura fil-lukanda u lanqas daħal online.

F’pajjiżna hu maħsub li ż-żagħżugħ kellu kuntatt ma’ persuni oħra mill-Ġermanja li kienu jinsabu f’Malta, u għalhekk l-appell hu biex jekk xi ħadd minn dawn jagħaf liż-żagħżugħ, jikkuntattja lill-familja.