Lokali

Appell għall-informazzjoni: Raġel irrappurtat nieqes

Il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku wara l-għibien ta’ Michael Brandon Calleja ta’ 36 sena, li ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija nhar l-20 ta’ Settembru 2016.

Calleja deher l-aħħar fid-19 ta’ Settembru 2016 ġewwa s-Siġġiewi.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Calleja, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali billi jċempel fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119. Wieħed jista’ jgħaddi l-informazzjoni ukoll fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.