Internazzjonali

Approvat il-Gvern ta’ Youssef Chahed

Il-Parlament ta’ Tunis approva l-Gvern għall-għaqda immexxi mill-Prim Ministru Youssef Chahed biex fetaħ għal kapitlu politiku ġdid, wara xhur ta’ inċertezza. Fl-istess ħin, il-Parlament Tuneżin esprima l-appoġġ tiegħu għall-Kabinett ġdid li jrid jieħu ħsieb l-impenji tas-sigurtà nazzjonali minbarra l-isfidi sostanzjali minn lat soċjo-ekonomiku.

B’hekk ukoll Youssef Chahed, li għandu 40 sena, se jsir l-iżgħar Prim Ministru tat-Tuneżija mindu l-pajjiż kiseb l-indipendenza minn Franza fl-1956. Chahed mistenni jieħu l-inkarigu uffiċjalment fil-jiem li ġejjin u wara li l-vot ta’ fiduċja mill-Parlament ikkonkluda madwar tliet xhur ta’ negozjati intensivi f’Tunis.