Lokali

Arrest għal 16-il żagħżugħ u żagħżugħa fi tmiem il-ġimgħa wara suspetti ta’ pussess ta’ droga

Sittax-il żagħżugħ u żagħżugħa kienu arrestati matul tmiem il-ġimgħa f’diversi ħidmiet li saru mill-Pulizija mill-Iskwadra Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit.

Iż-żgħażagħ arrestati huma Maltin u Ingliżi, bl-età tagħhom tvarja bejn is-16 u l-35 sena. L-arresti saru f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Paceville, fir-Rabat u f’Selmun.

Huma nstabu li kellhom fil-pussess tagħhom materjali suspettuż ta’ kokaina, ecstasy u reżina tal-kannabis.

(Ritratt: mill-Arkivji)