Internazzjonali

Arrest ta’ suspettati terroristi fil-Belġju

Il-Pulizija Belġjana arrestat żewġt aħwa fuq suspett li kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi fil-Belġju. L-arresti saru bħala parti minn azzjoni ta’ sigurtà speċifika, bir-rapporti jgħidu li l-aħwa suspettati ttieħdu ‘il hinn mill-pulizija wara tfittxija intensiva fi djar fir-reġjun ta’ Mons u l-belt ta’ Liege.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tkellem dwar l-arresti u sostna li r-riżultati proviżorji tal-investigazzjoni jindikaw li s-suspettati kienu qegħdin jippjanaw attakki ġodda f’xi belt tal-Belġju.

Mifhum li t-tfittxija ma elevat l-ebda armi jew splussivi, meta l-Belġju għadu fuq stat ta’ allert għoli mindu, f’Marzu, inqatlu 32 persuna fl-isplużjonijiet rispettivi ta’ Marzu li kienu laqtu l-ajruport u l-metro ta’ Brussell. It-terroristi tal-ISIS kienu ħadu responsabbiltà għall-attakki inkwistjoni li anki ħallew għexieren ta’ midruba.

L-awtoritajiet Belġjani għad ma sabux konnessjoni bejn l-arresti ta’ sigħat ilu u l-isplużjonijiet ta’ Marzu fi Brussell. Intant, imħallef kellu jiddeċiedi jekk iżommx lill-aħwa taħt arrest, meta l-Belġju qed jimplimenta t-tieni l-ogħla allert tas-sigurtà li jindika ‘probabbiltà’ li l-pajjiż qed jiffaċċja theddida terroristika oħra.