Lokali

Arrestati 13-il persuna f’Paceville

13-il persuna li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 15-il sena sa’ 28 sena ġew arrestati matul il-lejl minn membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Fost dawk arrestati hemm mara u żewġ barranin.

Il-persuni arrestati nstabu fil-pussess ta’ sustanzi li aktarx huma kokaina, raża tal-kannabis, pjanta jew biċċa minn pjanta tal-kannabis u ecstasy.

L-arresti saru bl-għajnuna ta’ membri mis-sezzjoni tal-klieb li għamlu diversi tfittxijiet fit-toroq u stabbilimenti f’Paceville.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.