Futbol Lokali Sport

AĠĠORNATA BIR-RITRATTI: arrestati aktar partitarji Kroati f’Pembroke

Ftit tal-ħin ilu, qrib l-istabbiliment “Sprachcaffe'” f’Pembroke kienu arrestati diversi partitarji Kroati wara li dawn kienu qed jarmaw banners ta’ provokazzjoni bi preparazzjoni għal partita tal-lejla bejn Malta u l-Kroazja.

B’kollox inġabru disa’ Kroati u qed isiru tfittxijiet f’xi appartamenti. Mill-post innutajna li dawn il-persuni saħansitra lestew ġebel biex jintimidaw lill-Maltin qabel il-partita f’Ta’ Qali, u b’mod evidenti kienu taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Dan minkejja li l-partitarji Kroati mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu fil-grawnd Nazzjonali.

Informazzjoni ohra li daħlet fl-aħħar minuti tindika li grupp iehor ta’ partitarji jinsab fl-istess żona ta’ Pembroke fejn allegatament dawn dehru ilestu għal konfrontazzjoni mal-Pulizija.

Il-Kroati se jinżammu arrestati fid-Depot tal-Pulizija.

L-ebda partitarju Kroat mhu se jitħalla jidħol fl-Istadium Nazzjonali.

kro 2