Internazzjonali

Arresti fl-Italja minħabba terroriżmu

Fl-Italja, żewġ ċittadini Marokkini kienu arrestati f’Savona minħabba suspetti li setgħu kienu mdaħħlin f’attività terroristika u qed issir tfittxija għal persuna oħra. It-tlieta għandhom età bejn is-27 u l-44 sena u kienu ilhom is-snin jgħixu fil-pajjiż. F’każ separat, imam Marokkin ta’ 51 sena, Mohammed Madad, tkeċċa mill-Italja fuq ordni tal-Ministeru tal-Intern. Dan għaliex kien issuspettat li kien qed jappoġġja lill-ISIS.