Internazzjonali

Attakk fuq lukanda fis-Sinaj

Żewġ aggressuri suwiċida u raġel armat qatlu erba’ persuni waqt attakk fuq il-Lukanda Swiss Inn f’El-Arish, li tinsab fit-Tramuntana tas-Sinaj, fl-Eġittu. L-aggressuri kollha nqatlu fl-azzjoni.

Il-gwardjani sparaw fuq vettura mimlija bl-isplussivi u rnexxielhom itajruha, iżda żewġ aggressuri daħlu xorta fil-lukanda fejn qatlu lill-vittmi, fosthom maġistrat.

Indarbu tal-anqas għaxra fl-azzjoni, bil-fergħa lokali tal-ISIS, li jisimha ‘Provinċja tas-Sinaj’, issostni li l-attakk twettaq mill-militanti tagħha.