Internazzjonali

Attakki mill-ajru Franċiżi kontra l-ISIS

Franza bdiet twettaq attakki tal-ajru kontra t-terroristi tal-ISIS fl-Iraq permezz tal-uniku aircraft carrier tagħha, ‘Charles de Gaulle’, li kien intbagħat lejn ir-reġjun aktar kmieni dan ix-xahar.
Ir-rapporti qalu li numru ta’ ajruplani militari tat-tip Rafale ‘telgħu mill-carrier’ kmieni l-Ġimgħa filgħodu, għal attakk fuq il-belt Iraqqija ta’ Mosul, li nbidlet f’fortizza tal-ISIS.
Il-qawwiet militari tal-Iraq ilhom żmien jagħmlu l-avvanzi sinifikanti fil-battalja għall-kontroll ta’ Mosul, li kienet waqgħet f’idejn l-ISIS f’Ġunju tal-2014. Mistenni li dawn il-qawwiet dalwaqt iwettqu offensiva ewlenija biex jieħdu lura din il-belt taħt idejhom.
L-istazzjon tar-radju Franċiż, RTL, irrapporta li ‘madwar 24 ajruplan militari Franċiżi kellhom jieħdu sehem fl-azzjoni kontra l-ISIS fiz-zona ta’ Mosul.