Futbol

Attard jirriżenja minn kowċ ta’ St Andrews

Tard it-Tnejn filgħaxija ħarġet l-aħbar li Wayne Attard irriżenja minn kowċ ta’ St Andrews FC. Attard kien ħa din id-deċiżjoni nhar is-Sibt wara li t-tim tiegħu tilef 4-0 kontra Valletta imma l-aħbar ġiet żvelata b’mod uffiċjali lbieraħ. St Andrew, wara 12-il partita fil-kampjonat BOV Premier, għadhom ma ħadu l-ebda punt.

Attard qal li minbarra r-riżultati negattivi li kiseb it-tim, raġuni oħra għaliex irriżenja mill-kariga kienet għax id-diriġenza ma laqatx it-talba tiegħu biex jiġu akkwistati żewġ plejers ta’ esperjenza. Attard qal li hu minnu li ż-żgħażagħ huma importanti iżda l-esperjenza hi importanti wkoll biex wieħed ikun kompettitiv fil-Premier. Minkejja din ir-riżenja Attard xorta waħda se jibqa’ jaħdem fi ħdan il-klabb ta’ St Andrews.

L-akbar favorit biex jieħu post Attard hu Danilo Doncic.