Lokali

Attendenza rekord għat-tieni Avveniment Annwali ta’ Netwerking tal-Malta BNI

????????????????????????????????????

170 imprenditur lokali ipparteċipaw f’avveniment ta networking imtella mill-organizzazzjoni internazzjonali BNI. Matul dan il-business breakfast dawk li attendew saru jafu iktar dwar is-servizzi differenti li jiġu offruti mill-kumpaniji varji, bl-iskop li jaraw xi probabbilta hemm li jaħdmu flimkien biex joffru servizz aħjar lill kjijenti.

Il-Business Network International hija organizzazzjoni bbażata fl-Istati Uniti, u mifruxa f’ 57 pajjiż madwar id-dinja, fosthom Malta. Gordon Pace, Ambaxxatur lokali għall Business Network International u organizzatur ta dan l-avveniment qal li dan kien kien l-akbar networking event li seħħ f’pajjiżna, li sar bl-iskop li jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn in-negozji.

Waqt l-istess attivita, is-Sur Joe Zammit Tabona, indirizza lill dawk preżenti dwar il-Malta Business Network, li tiltaqa kemm f’Malta kif ukoll f’Londra. Hu qal li kull imprenditur għandu jikkunsidra li jkun involut f’xi tip ta networking matul is-sena.

Segwi aktar fil-filmat