Lokali

Attenti: General Motors twissi biex ma jintużawx il-wipers ta’ numru ta’ SUVs

Il-Kumpanija General Motors avżat lis-sidien ta’ numru ta’ SUVs biex ma jużawx il-wipers tal-vettura tagħhom. Dan minħabba li problemi fl-eletronika tal-karozza tista’ twassal biex taqbad.

Din il-problema taffetwa lill-SUVs tat-tip Buick Enclave, Chevrolet Traverse u GMC Acadia. Minn dawn ħarġu 32,000 li ma dan kollu s’issa minnhom inxtraw 6,400 filwaqt li l-kumplament qed jinżammu għand l-aġenti tal-karozzi.

Il-kumpanija mistennija tibgħat partijiet ġodda lill-aġenti biex dawn jinbidlu , biex il-karozzi jkunu siguri.

S’issa jidher li ma kien irreġistrat l-ebda każ ta’ karozzi li qabdu minħabba din il-problema.