Lokali

Attenti minn dawn il-prodotti

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż dwar tlett prodotti li m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi għall-mustarda minħabba li nstab li fihom traċċi ta’ żerriegħa tal-mustarda.

Il-prodotti huma ‘pickled walnuts for cheese’, ‘pickled pears for cheese’ u ‘pickled figs for cheese’ tad-ditta ‘The Fine Cheese Co.’.

Id-Direttorat qal li l-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet u għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.