Lokali

Attivitajiet b’risq ALS Malta

Matul ix-xahar ta’ Mejju ALS Malta se tkun qiegħda torganizza sensiela ta’ attivitajiet bħala parti mill-Beat it May ALS Awareness Month, bl-għan principali li tqajjem kuxjena, kif ukoll tiġbor fondi għall-organiżżazjoni ALS Malta.

Għall-ewwel darba, ALS Malta ser tkun qed torganizza Beat it May ALS Awareness Month. Wiehed mill-attivitajiet li ser ikunu qed jiġu organizzati huwa Esebizzjoni tal-Arti bil-pitturi tal-artist Malti rinomat Mark Mallia. L-esebizzjoni ser tkun parti minn sensiela tal-attivitajiet li ser ikunu qed jiu organizzati tul ix-xahar ta Mejju.

L-Esebizzjoni tal-Arti se tkun qed isseħħ fil-15 ta’ Mejju ġewwa Xara Lodge ir-Rabat mid-9:00am il- quddiem. Il-President Marie Louise Coleiro Preca se tkun qegħda tippreżenzja l- attivita’ fis-6pm waqt riċeviment speċjali imtella għall-okkażjoni.

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju, l-akbar artisti mix-xena lokali ser ikunu qed jingħaqdu flimkien biex jieħdu sehem f’dan il-kunċert li jolqot il-gosti mużikali ta’ kulħadd. Il-kunċert ser isir ġewwa l-kumpless Aria ġewwa San Ġwann u l-bibien jinfetħu fit-20:15.

Waqt ix-xahar ta’ Mejju, ALS Malta ser tkun qiegħda tipparteċipa fi programm ta’ ġbir ta’ fondi b’DIFFERENZA…Dan il-ġbir ser ikun qiegħed imxandar waqt il-programm popolari ta’ kull nhar ta Ġimgħa, Xarabank, li għall-okkażjoni ser iseħħ nhar it-13 ta’ Mejju.

Wieħed jista’ jikkontribwixxi permezz ta’ Corporate Social Programmes, attivitajiet li jiġu organizzati mill-fondazzjoni jew fuq bażi individwali, jew billi ssir donazzjoni fuq is-sit elettroniku www.alsmalta.org/donate.