Lokali

AWDJO : Biex tixtri l-makkinarju bilfors trid tmur għand il-kumpanija taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru

Biex wieħed jixtri makkinarju mill-kumpanija internazzjonali Komori, bilfors irid jgħaddi mill-kumpanija taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri – Kasco Limited.

Dan kien ikkonfermat mill-Head Office fl-Ewropa tal-kumpanija Komori, li fi tweġibiet lil David Thake sostniet li biex wieħed jixtri apparat u makkinarju mill-kumpanija, bilfors li jrid jgħaddi mill-Kasco.

Dan hu l-oppost ta’ dak li qal iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, li fi stqarrija lil settur tal-media, ipprova jagħti l-impressjoni li l-kumpanija tiegħu mhix se tkun involuta fix-xiri tal-makkinarju għall-kumpanija Crane Currency.

Keith Schembri ħareġ din l-istqarrija wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma jara xejn ħażin li ċ-Chief of Staff tiegħu jista’ jieħu l-commissions minn dan id-deal.