“Awguri lill-istudenti u l-għalliema kollha” – Simon Busuttil

F’messaġġ fuq Twitter, il-Kap tal-PN Simon Busuttil awgura lill-istudenti kollha sena skolastika mill-aqwa. Dan hekk kif illum eluf ta’ studenti jirritornaw lura fuq il-bankijiet tal-iskola wara x-xhur tas-Sajf.

Simon Busuttil awguri ukoll lill-għalliema, u sellem ix-xogħol dedikat illi jagħmlu ta’ kuljum mat-tfal.