Lokali

Aġġornata: Basket suspettuż iqajjem biża’ ta’ bomba f’kumpless kummerċjali f’Raħal Ġdid – is-sid jirritorna għalih

Il-kumpless kummerċjali MainStreet f’Raħal Ġdid kellu jiġi evakwat minħabba biża’ ta’ bomba li oriġina minn basket suspettuż li tħalla waħdu.

Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li għall-ħabta tat-3pm, l-amministrazzjoni ġiet infurmata bil-basket suspettuż li kien barra wieħed mill-ħwienet u li qajjem biża’ li seta’ kellu fih xi bomba.

Kien għalhekk li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, inħareġ l-avviż biex kulħadd joħroġ mill-kumpless sakemm ikun assigurat li m’hemmx periklu.

Fil-post issejħu l-Pulizija, li kkontrollaw is-sitwazzjoni u fi ftit ħin kienet se tinbeda tfittxija intensiva mal-kumpless kollu.

Madankollu, kollox ġie solvut fi ftit ħin, hekk kif sid il-basket mar biex jiġbru minfejn kien għadu kif nesieh.

MainStreet Theddida Bomba 2 270716