Internazzjonali

Bastiment tal-gwerra Ingliż għal kontra t-traffikar tal-armi fil-Libja

Ir-Renju Unit se jibgħat bastiment tal-gwerra tar-Royal Navy lejn il-Mediterran biex jgħin fil-ġlieda kontra t-traffikanti tal-armi fil-Libja. Dan ħabbru l-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, waqt is-summit tal-G7 ( il-grupp tal-aktar Seba’ Pajjiżi Industrijalizzati) u fejn qal li r-Renju Unit lest jieħu ‘rwol ta’ tmexxija attiv’ biex jgħin il-Libja trażżan lit-traffikanti waqt li tikkontrolla l-kriżi tal-immigrazzjoni.
Cameron spjega li l-preżenza tal-bastiment tal-gwerra fil-Mediterran għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni ta’ talba min-Nazzjonijiet Uniti. Dan meta r-Renju Unit qiegħed ‘jaħdem mill-qrib’ mal-UE biex jegħleb it-traffiku ta’ bnedmin fiċ-ċentru tal-Mediterran.
Ir-Renju Unit diġà għandu bastiment, l-HMS Enterprise (ritratt), li qed jagħmel missjoni ta’ sorveljanza fiz-zona tal-Mediterran. Intant, uffiċjali jridu jfittxu l-approvazzjoni tan-NU biex il-bastiment ġdid jaħtaf id-dgħajjes li qed iwasslu armi lit-terroristi tal-ISIS.
Il-Gvern ġdid għal Ftehim Nazzjonali tal-Libja, il-ġimgħa l-oħra, kien talab lill-Unjoni Ewropea, li