Lokali

BIL-FILMAT : “Ħija qiegħed hawn żgur, irridu nsibuh” – Jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex illum jmorru jfittxuh magħhom

AĠĠORNATA : Ftit tal-ħin ilu nstab katavru u rota ħdejh fiż-żona qrib il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena f’Ħad-Dingli.

Ftit tal-ħin ilu qraba taż-żagħżugħ Ġermaniż li kien rrapurtat nieqes waslu fuq il-post, fost oħrajn missieru, u jidher li qed jitkellmu mal-Pulizija waqt li huwa mistenni li jidentifikaw il-katavru.

Aktar kmieni

Dalgħodu l-qraba taż-żagħżugħ Mike Mansholt f’konferenza tal-aħbarijiet f’lukanda f’San Ġiljan appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex jekk għandhom xi informazzjoni jagħmlu kuntatt mal-familja jew mal-Pulizija waqt li appellaw biex min jista’ illum jingħaqad magħhom fl-4:30p.m biex ifittxu liż-żagħżugħ ta’ 18-il sena.

Fost l-oħrajn qed tintalab l-għajnuna ta’ sidien ta’ kayaks, dgħajjes żgħar, snirkellers, trekkers, atleti, xabbaturi u ċiklisti biex jgħinu fit-tiftix ta’ postijiet remoti jew li jinsabu fl-imħarbat.

Min jixtieq jgħin hu mitlub jikkuntattja lil Andrew Warrington fuq 9947 0377.

Bħalissa għaddejja wkoll tfittxija nazzjonali mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta, li matul il-ġurnata tat-Tnejn iffukaw b’mod partikolari fuq l-inħawi tad-Dingli Cliffs, fejn kien maħsub li ż-żagħżugħ seta’ mar qabel għeb.

Min għandu xi informazzjoni dwar iż-żagħżugħ, li aktarx kien liebes flokk blu ċar u bermuda griż jew malja blu, b’basket iswed fuq dahru u aktarx riekeb rota sewda, għandu jagħmel kuntatt minnufih mal-Pulizija fuq 2122 4001, jew 119, anke jekk b’mod anonimu.