Lokali

Bil-filmati: Malta għal fuq ir-RAI

L-istudjos tal-films fil-Kalkara se jkunu qed jilqgħu fihom numru ta’ artisti Taljani li se jkunu qed jiġbdu filmati għall-produzzjoni ġdida “Chiedilo al Mare”.

Filfatt, l-attur Taljan popolari Beppe Fiorelli se jkun wieħed mill-atturi prinċipali ta’ dan il-programm televiżiv u fuq posts li tella’ fuq Instagram, l-attur jgħid li ħerqan ħafna biex ikompli jaħdem f’Malta.

Il-programm se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon Taljan RAI minn Frar li ġej. Apparti x-xehni fil-Kalkara, fil-filmati se jkunu qed jidhru wkoll postijiet mill-Belt u mill-Marsa.